Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca do Porto Este - Penafiel – Juízo Trabalho (il-Portugall) fil-21 ta’ Diċembru 2020 – B vs O, P, OP, G, N

(Kawża C-691/20)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca do Porto Este - Penafiel – Juízo Trabalho

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: B

Konvenuti: O, P, OP, G, N

Domanda preliminari

L-esklużjoni tal-applikazzjoni tar-regoli previsti fl-Artikolu 334 tal-Código de Trabalho (il-Kodiċi tax-Xogħol) għall-impriżi li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor, bis-saħħa tar-regoli previsti fl-Artikolu 481(2) tal-Código das Sociedades Comerciais (CSC) (il-Kodiċi tal-Kumpanniji Kummerċjali), hija kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod speċifiku l-Artikolu 18 TFUE?

____________