Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2023 – Broad Far (Hong Kong) u M21 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-791/22) 1

(“Rikors għal annullament – Saħħa pubblika – Irtirar ta’ ċerti eżenzjonijiet fir-rigward tal-prodotti tat-tabakk imsaħħna – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Broad Far (Hong Kong) Ltd (Wan Chai, Hong Kong, iċ-Ċina), M21 Srl (San Donato Milanese, l-Italja) (rappreżentant: F. Specchiale, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, D. Recchia u F. van Schaik, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu, minn naħa, l-annullament jew in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU 2014, L 127, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 150, p. 24), u, min-naħa l-oħra, l-annullament tad-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/2100 tad-29 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-irtirar ta’ ċerti eżenzjonijiet fir-rigward tal-prodotti tat-tabakk imsaħħan (ĠU 2022, L 283, p. 4, rettifika fil-ĠU 2023, L 188, p. 62).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ma hemmx iktar lok li tittieħed deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mir-Repubblika Franċiża, mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Broad Far (Hong Kong) Ltd u M21 Srl huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent.

Broad Far (Hong Kong), M21, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Franċiża, il-Parlament u l-Kunsill huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talbiet għal intervent.

____________

1     ĠU C 71, 27.2.2023.