Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Jannar 2024 – VN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-159/23) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Leave tal-mard – Assenza inġustifikata – Tnaqqis mill-paga – Prinċipju ta’ imparzjalità – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Forza maġġuri – Dmir ta’ premura”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: VN (rappreżentanti: A. Champetier u S. Rodrigues, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-6 ta’ Lulju 2022 li ddikjaratu f’assenza irregulari minn xogħol fl-10 ta’ Ġunju 2022, biex b’hekk tat lok għal tnaqqis mill-paga ta’ ġurnata u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li jidher li ġarrab.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

VN huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 179, 22.5.2023.