Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2024 – Miłosz Jeleń vs EUIPO – The Animal Store, Food and Accessories (WILD INSPIRED)

(Kawża T-47/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea WILD INSPIRED – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea INSPIRED – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ xebh tas-servizzi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Miłosz Jeleń (Kamionka Wielka, il-Polonja) (rappreżentanta: M. Bac-Matuszewska, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Chylińska u D. Stoyanova-Valchanova, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: The Animal Store, Food and Accessories, SL (Valencia, Spanja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (Każ R 1299/2022-2).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 112, 27.3.2023.