Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2023 – Nieß vs EUIPO – Thema Products (Gartenlux)

(Kawża T-753/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Gartenlux – Isem tal-kumpannija u isem kummerċjali preċedenti GARTENLUX – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Andrea Nieß (Kempen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Erlenhardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Ringelhann u D. Stoyanova-Valchanova, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Thema Products BV (Venlo, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Settembru 2022 (Każ R 608/2022-2).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 24, 23.1.2023.