Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2024 – Ona Investigación vs EUIPO – Formdiet (BIOPÔLE)

(Kawża T-61/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BIOPÔLE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti AGUA BIOPOLAR – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ona Investigación SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanta: T. Villate Consonni, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Crawcour Hage u J. Ivanauskas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Formdiet, SA (Alcarras, Spanja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob, essenzjalment, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Novembru 2022 (Każ R 1097-2022-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ona Investigación, SL u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibagħtu, kull wieħed, l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 112, 27.32023.