Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2024 – Puma vs EUIPO – Puma (puma soundproofing)

(Kawża T-266/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea puma soundproofing – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea PUMA – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ dannu għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijie

Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schunke u P. Trieb, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Puma Srl (Settimo Milanese, l-Italja) (rappreżentant: E. La Malfa, avukat)

Suġġett

Permezz ta’ rikors abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-27 ta’ Frar 2023 (Każ R 1399/2021-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Puma SE għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti minn Puma Srl.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

____________

1     ĠU C 252, 17.7.2023.