Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2024 – Kaili vs Il-Parlament u L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

(Kawża T-46/23) 1

(“Rikors għal annullament – Dritt istituzzjonali – Membru tal-Parlament – Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari mill-Kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – Deċiżjoni tal-Presidenta tal-Parlament li din it-talba tiġi kkomunikata lill-Parlament u rrinvjata lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali – Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati – Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Eva Kaili (Ixelles, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u A.-M. Dumbrăvan, aġenti), L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (rappreżentanti: L. De Matteis, C. Charalambous, u E. Farhat, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament, minn naħa, tat-talba tal-Kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2022 għat-tneħħija tal-immunità parlamentari tagħha u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Presidenta tal-Parlament li din it-talba tiġi kkomunikata lill-Parlament u rrinvjata lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Eva Kaili hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

____________

1     ĠU C 112, 27.3.2023.