Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2024 – Athlet vs EUIPO – Heuver Banden Groothandel (ATHLET)

(Kawża T-650/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ATHLET – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Athlet Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Reinhard, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Heuver Banden Groothandel BV (Den Ham Ov, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Kunze, F. Tyra u E. Beer, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni (EUIPO) tat-8 ta’ Awwissu 2022 (Każ R 2214/2019-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Athlet Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż ta’ Heuver Banden Groothandel BV.

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1     ĠU C 35, 30.1.2023.