Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-26 ta' Marzu 2012 - Cañas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-508/09)
("Kompetizzjoni - Regoli kontra d-doping - Deċiżjoni ta' ċaħda ta' ilment - Waqfien ta' attività professjonali - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Guillermo Cañas (Buenos Aires, l-Argentina) (rappreżentanti: inizjalment F. Laboulfie u C. Aguet, sussegwentement Y. Bonnard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assisti minn J. Derenne, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping (Lausanne, l-Isviżżera) (rappreżentanti: G. Berrisch, avukat, D. Cooper, solicitor, u N. Chesaites, barrister); u ATP Tour, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: B. van de Walle de Ghelcke u J. Marchandise, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7809, tat-12 ta' Ottubru 2009, fil-Każ COMP/39471, li tiċħad minħabba nuqqas ta' interess Komunitarju ilment li jikkonċerna ksur tal-Artikoli 81 KE u 82 KE allegatament imwettaq mill-Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping, mill-ATP Tour, Inc u mill-Kunsill Internazzjonali ta' Arbitraġġ għall-Isport (ICAS).
Dispożittiv
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
Guillermo Cañas għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
L-Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping u l-ATP Tour, Inc għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta' European Elite Athletes Association.
____________1 - ĠU C 80, 27.03.2010