Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Diċembru 2009 - Carlyle vs UASI - Mascha & Regner Consulting (THE CARLYLE)

(Kawża T-506/09)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Carlyle, LLC (St. Louis, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Cornu, E. De Gryse u D. Moreau, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mascha & Regner Consulting KEG (Vjenna, l-Awstrija)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta' Diċembru 2009, fil-Każ R 240/2009-4; u

Tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta' applikazzjoni għal revoka: Trade mark verbali "THE CARLYLE", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 25 u 42

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Applikazzjoni għal revoka miċħuda parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell : Revoka tat-trade mark ikkonċernata

Motivi invokati : Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, inkwantu l-Bord tal-Appell għamel żball meta interpreta l-kunċett ta' użu ġenwin b'mod wisq restrittiv. Barra minn hekk, il-Bord tal-Appell naqas: (i) milli jieħu ikunsiderazzjoni, b'mod xieraq, il-provi ta' użu pprovduti mir-rikorrenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni; (ii) milli jevalwa, b'mod korrett, l-ambitu tal-imsemmija provi ta' użu; u (iii) milli jagħmel evalwazzjoni ġenerali ta' dan.

____________