Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Diċembru 2009 -Carlyle vs UASI - Mascha & Regner Consulting (CAFE CARLYLE)

(Kawża T-505/09)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Carlyle, LLC (St. Louis, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Cornu, E. De Gryse u D. Moreau, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mascha & Regner Consulting KEG (Vjenna, l-Awstrija))

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tat-8 ta' Ottubru 2009, fil-Każ R 239/2009-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka : It-trade mark verbali "CAFE CARLYLE", għal servizzi fil-klassi 42

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja : Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja : Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni : Talba għal revoka miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Trade mark Komunitarja kkonċernata revokata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 51(1)(a),tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell kien żbaljat meta interpreta b'mod wisq restrittiv il-kunċett ta' użu ġenwin. Barra minn hekk, il-Bord tal-Appell naqas: (i) milli jieħu inkunsiderazzjoni kif inhu xieraq tal-provi tal-użu mressqa mir-rikorrenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni; (ii) milli jevalwa korrettament il-portata ta' dawn il-provi tal-użu; u (iii) milli jagħmel evalwazzjoni sħiħa ta' dan.

____________