Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Diċembru 2009 - Inovis vs UASI - Sonaecom (INOVIS)

(Kawża T-502/09)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Inovis, Inc. (Alpharetta, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Black u B. Ladas, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sonaecom - Serviços de Communicações, S.A. (Maia, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta' Settembru 2009, fil-Każ R 1691/2008-1;

tordna lill-Bord tal-Appell tal-UASI sabiex jirreġistra l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "INOVIS", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 38 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: reġistrazzjoni għat-trade mark verbali Portugiża "NOVIS", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 37, 38, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 billi l-Bord tal-Appell żbalja meta: (i) injora d-differenzi ċari bejn il-prodotti u s-servizzi koperti rispettivament mit-trade marks ikkonċernati u, b'mod partikolari, meta kkunsidra b'mod żbaljat li t-trade mark ta' qabel kienet tkopri l-klassijiet 9 u 42, filwaqt li r-reġistrazzjoni għal dawn il-klassijiet kienet ġiet irrifjutata mill-Uffiċċju tat-trade marks Portugiż, u li, fi kwalunkwe każ, din ir-reġistrazzjoni ma ġietx ipprovata matul il-proċedimenti; (ii) injora d-differenzi kunċettawli bejn it-trade marks ikkonċernati; u (iii) iddeċieda li kien hemm possibbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________