Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2013 – The Directv Group vs UASI – Bolloré (DIRECTV)
(Kawża T-721/13)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Directv Group, Inc. (El Segundo, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Valentin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bolloré SA (Érgue Gaberic, Franza)
Talbiet
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Ottubru 2013, fil-Każ R 1961/2012-2.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali “DIRECTV” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 41 – Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 243 774
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja parzjalment irrevokata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja kompletament irrevokata
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.