Language of document :

Appell ippreżentat fit-18 ta' Jannar 2008 minn Christos Michaïl mis-sentenza mogħtija fit-22 ta' Novembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-67/05, Michaïl vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-49/08 P)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Appellant: Christos Michaïl (rappreżentant: Ch. Meïdanis, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet ta' l-appellant

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-67/05 fil-parti tagħha fejn tirrifjuta li tagħtih kumpens finanzjarju għad-dannu morali li huwa ġarrab minħabba atti jew ommissjonijiet ta' l-amministrazzjoni;

tiddeċiedi fuq il-kumpens finanzjarju għad-dannu morali li ġarrab l-appellant, li jammonta għal mija u għoxrin elf EUR;

tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant isostni li, fis-sentenza appellata, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar 'il quddiem, it-"TSP") iddeċieda b'mod żbaljat fuq ir-rikors tiegħu, li bih huwa talab l-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tiegħu ta' l-2003 u d-deċiżjoni ta' l-Awtorita tal-Ħatra li ċaħdet l-ilmenti li huwa kien ippreżentata skond l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

B'mod aktar partikolari, l-appellant jinvoka l-fatt li t-TSP irrifjuta inġustament li jagħtih kumpens finanzjarju għad-dannu morali li huwa ġarrab minħabba li ġie assenjat lid-Direttorat Ġenerali ta' l-Agrikoltura (DĠ AGRI) wara li d-Direttorat Ġenerali tal-Kontroll Baġitarju, li huwa kien jaqa' taħtu, ġie abolit. Skond l-appellant, it-TSP applika d-dritt Komunitarju b'mod żbaljat, minħabba evalwazzjoni ħażina tal-provi u motivazzjoni kontradittorja.

L-appellant isostni li t-TSP għamel żball meta rrifjuta li jiddeċiedi fuq it-talba in kwistjoni, li fin-nuqqas, is-sentenza tiegħu hija vvizjata b'insuffiċjenza ta' motivazzjoni u, konsegwentement, tikser id-drittijiet proċedurali fundamentali ta' l-appellant u tikkostitwixxi ksur tad-dritt Komunitarju.

____________