Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Jannar 2008 - Fusco vs L-UASI - Fusco International (FUSCOLLECTION)

(Kawża T-48/08)

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Vincenzo Fusco (rappreżentant: B. Saguatti, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : Antonio Fusco International SA Lussemburgo, fergħa ta' Lugano (Lugano, l-Iżvizzera)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-24 ta' Ottubru 2007 u li temendaha sabiex l-appell ippreżentat mir-rikorrent quddiem il-Bord ta' l-Appell jiġi kkunsidrat bħala fondat u, b'konsegwenza, l-oppożizzjoni tiġi milqugħa.

tikkundanna lill-UASI u lill-intervenjenti eventwali Antonio Fusco Ineternational SA għall-ispejjeż ta' din il-kawża, kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell u quddiem il-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Vincenzo Fusco International SA, Lussemburgo, fergħa ta' Lugano

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva FUScollection (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1.503.366) għal prodotti fil-klassijiet 9, 18 u 25.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Komunitarja (Nru 727.375) u Taljana (Nru 489.262) "ENZO FUSCO", għal prodotti fil-klassi 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tiċħad l-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________