Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2009 - Michail vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-49/08 P)1

("Appell - Appell inċidentali - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta' evalwazzjoni 2003 - Attribuzzjoni ta' punt ta' mertu fin-nuqqas ta' kompiti li għandhom jitwettqu - Danni morali - Obbligu ta' motivazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku")

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Appellant: Christos Michail (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Meïdanis, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u K. Herrmann, aġenti, assistiti minn E. Bourtzalas, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Novembru 2007, Michail vs Il-Kummissjoni (F-67/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Novembru 2007, Michail vs Il-Kummissjoni (F-67/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata.

Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1 - ĠU C 107, 26.4.2008.