Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2009 - Michail vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-50/08 P) 1

(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera -Proċedura ta' evalwazzjoni 2004 - Obbligu ta' motivazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellant: Christos Michail (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentant: C. Meïdanis, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komuniatjiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u K. Herrmann, aġenti, assistiti minn E. Bourtzalas, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Novembru 2007, Michail vs Il-Kummissjoni (F-34/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Christos Michail għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 128, 24.05.2008