Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' Settembru 2009 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-46/08 P)1

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Talba għal informazzjoni rigward l-effetti personali ttrasportati mill-post tal-impjieg lejn il-post ta' residenza - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellanti: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-40/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), li jitlob l-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 79, 29.3.2008.