Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2011 - dm-drogerie markt vs UASI - Distribuciones Mylar (dm)

(Kawża T-36/09) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali dm - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti dm - Proċedura amministrattiva - Deċiżjonijiet tad-Diviżjonijiet tal-Oppożizzjoni - Revoka - Rettifika ta' żbalji materjali - Att ineżistenti - Ammissibbiltà tar-rikorsi ppreżentati quddiem il-Bord tal-Appell - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Aspettattivi leġittimi - Artikoli 59, 60a, 63 u 77a tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikoli 60, 62, 65 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Regola 53 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky u C. Mellein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment J. Novais Gonçalves, sussegwentement G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Distribuciones Mylar, SA (Gelves, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Ottubru 2008 (Każ R 228/2208-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Distribuciones Mylar, SA u dm-drogerie markt GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-30 ta' Ottubru 2008 (Każ R 228/2008 1), dwar proċedimenti ta' opppożizzjoni bejn Distribuciones Mylar, SA u dm-drogerie markt GmbH & Co. KG, hija annullata sa fejn hija ma ddikjaratx null u bla effett il-verżjoni emendata tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-16 ta' Mejju 2007.

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 82, 4.4.2009.