Language of document : ECLI:EU:T:2016:119





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Marzu 2016 –

Advance Magazine Publishers vs UASI – Selecciones Americanas (VOGUE CAFÉ)

(Kawża T‑40/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Trade mark Komunitarja verbali VOGUE CAFÉ – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Vogue u VOGUE studio u applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva VOGUE – Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti – Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Interess ġuridiku – Revoka tat-trade mark Komunitarja preċedenti li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 45 u 54(1), it-tieni sentenza tal-Artikolu 57(1) u Artikolu 62(3)) (ara l-punti 24, 29)

2.                     Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 39, 40)

3.                     Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Applikazzjoni tal-kriterji għall-każ speċifiku (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punt 41)

4.                     Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kriterji ta' evalwazzjoni – Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punt 42)

5.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appelli quddiem il-Bordijiet tal-Appell – Sospensjoni tal-proċedura – Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 20(7)(c)) (ara l-punti 61‑63)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2008 (Każ R 0280/2008‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Selecciones Americanas, SA u Advance Magazine Publishers, Inc.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċizjoni fuq it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2008 (Każ R 0280/2008‑4), sa fejn hija tikkonkludi li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni, VOGUE CAFÉ, u t-trade mark figurattiva Spanjola VOGUE studio rreġistrata bin-numru 2529728.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Advance Magazine Publishers, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.