Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Jannar 2009 - Procaps vs UASI - Biofarma (PROCAPS)

(Kawża T-35/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Procaps, SA (Barranquilla, Kolombja) (rappreżentant: M. Vidal-Quadras Trias de Bes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Biofarma SAS (Neuilly sur Seine, Franza)

Talbiet tar-rikorrent

Annullament tad-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta' Novembru 2008 fil-Każ R 867/2007-4, li ġiet innotifikata lill-partijiet fil-25 ta' Novembru.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Procaps, SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "PROCAPS" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.519.394) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 35, 39, 40, 44.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: BIOFARMA, société par actions simplifiée.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali, nazzjonali u internazzjonali, "PROCAPTAN" għal prodotti fil-klassi 5.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell parzjalment milqugħ.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, dwar it-trade mark Komunitarja.

____________