Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Marzu 2011 - Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-33/09)1

("Nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Pagamenti ta' penalità - Talba għal ħlas - Abrogazzjoni tal-leġiżlazzjoni kkontestata")

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u J. A. De Oliveira, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, P. Guerra e Andrade u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 7419 finali, tal-25 ta' Novembru 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni talbet il-pagament tal-penalitajiet dovuti skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-10 ta' Jannar 2008, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-70/06, Ġabra p.I-1).

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 7419 finali, tal-25 ta' Novembru 2008, hija annullata.

2)    Il Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 82, 4.4.2009.