Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 – SACBO vs Il-Kummissjoni u TEN-T EA

(Kawża T-692/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA) (Grassobbio (BG), l-Italja) (rappreżentanti: G. Greco, M. Muscardini u G. Carullo, avukati)

Konvenuti: L-Aġenzija Eżekuttiva għan-Netwerk Transewropew tat-Trasport (TEN-T EA), Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni tat-TEN-T EA, tat-23 ta’ Ottubru 2013, kif ukoll l-atti kollha msemmija preċedentement, sa fejn, billi kkonfermat id-deċiżjoni tat-18 ta’ Marzu 2013, hija ddikjarat ineliġibbli l-ispejjeż esterni relattivi għall-attivitajiet 1, 2.1, 4, 5, 6 u 7, u b’hekk naqqset il-kofinanzjament dovut u talbet il-ħlas lura ta’ EUR 158 517.4, bil-konsegwenzi legali kollha;

sussidjarjament, tikkonstata l-assenza ta’ intenzjoni frawdolenti u ta’ suddiviżjoni artifiċjali tal-attivitajiet li jifformaw is-suġġett tal-kofinanzjament u, b’hekk, tannulla d-deċiżjoni tat-TEN-T EA, tat-23 ta’ Ottubru 2013, kif ukoll l-atti kollha msemmija preċedentement, sa fejn, billi kkonfermat id-deċiżjoni tat-18 ta’ Marzu 2013, hija ddikjarat ineliġibbli l-ispejjeż esterni relattivi għall-attivitajiet 1, 2.1, 4, 5, 6 u 7, u b’hekk naqqset il-kofinanzjament dovut u talbet il-ħlas lura ta’ EUR 158 517.4, bil-konsegwenzi legali kollha;fi kwalunkwe każ, tiddetermina mill-ġdid l-ammont tat-tnaqqis tal-finanzjament hekk kif indikat mill-Kummissjoni sa fejn meqjus bħala l-iktar xieraq fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.Motivi u argumenti prinċipaliFil-kawża preżenti, ir-rikorrenti hija l-istess waħda bħal dik fil-Kawża T-270/13 SACBO vs Il-Kummissjoni u TEN-T EA (ĠU 2013, C 207, p. 46).F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, iż-żewġ konvenuti eċċepixxew l-inammisssibbiltà tar-rikors sa fejn dan huwa intiż kontra att li, fil-fehma tagħhom, ma huwiex definittiv.Skont ir-rikorrenti, huwa sabiex tiġi żgurata difiża eżawrjenti li qiegħed jiġi ppreżentat rikors kontra l-miżura adottata mill-Aġenzija fit-23

ta’ Ottubru 2013, sabiex tiġi ddikjarata mill-ġdid l-illegalità tad-deċiżjoni ta’ tnaqqis tal-finanzjament.Il-motivi u l-argumenti prinċipali mqajma huma dawk li diġà ġew invokati fil-Kawża T-

270/13.