Language of document : ECLI:EU:T:2015:519





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2015 —
In vivo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑690/13)

“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Rifjut tal-OLAF li jiftaħ investigazzjoni esterna — Teħid ta’ pożizzjoni — Talba għall-ordni — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Kwalità tal-konvenuta — Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) — Assenza ta’ kwalità ta’ korp jew ta’ organu tal-Unjoni — Ommissjonijiet allegatament imwettqa mill-OLAF fil-kuntest tal-funzjonijiet tiegħu ta’ investigazzjoni — Rikors li għandu jiġi kkunsidrat bħala dirett kontra l-Kummissjoni (Artikolu 265 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1073/1999, Artikolu 3; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352) (ara l-punti 14, 15)

2.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Teħid ta’ pożizzjoni fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE qabel il-preżentata tar-rikors — Inammissibbiltà (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE) (ara l-punti 17‑19)

3.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Ommissjonijiet li jistgħu jiġu kkontestati — Astensjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li jiftaħ investigazzjoni esterna — Assenza ta’ kwalità ta’ att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE — Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE u 265 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1073/1999, Artikolu 3; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352) (ara l-punti 21-25)

4.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Ordni indirizzata lil istituzzjoni — Inammissibbiltà (Artikolu 265 TFUE) (ara l-punt 31)

Suġġett

Rikors intiż sabiex il-Qorti Ġenerali tikkonstata n-nuqqas li tittieħed azzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) ikkostitwit mir-refjut milli jiftaħ investigazzjoni esterna u tordnalu li jtemm dan.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

In vivo OOO hija kkundannata għall-ispejjeż.