Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Marzu 2010 - Arcelor vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-16/04)1

( "Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra - Talba għal annullament - Nuqqas ta' interess dirett u individwali - Talba għal danni - Ammissibbiltà - Ksur suffiċjentement serju ta' regola superjuri tad-dritt li tagħti drittijiet lill-individwi - Dritt ta' proprjetà - Libertà għat-twettiq ta' attività ekonomika - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Libertà ta' stabbiliment - Ċertezza legali" )

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arcelor SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment W. Deselaers, B. Meyring u B. Schmitt-Rady, sussegwentement W. Deselaers u B. Meyring, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment K. Bradley u M. Moore, sussegwentement L. Visaggio u I. Anagnostopoulou, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Hoff-Nielsen u M. Bishop, sussegwentement E. Karlsson u A. Westerhof Löfflerova, u fl-aħħar nett A. Westerhof Löfflerova u K. Michoel, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: U. Wölker, aġent)

Suġġett

Minn naħa waħda, talba għall-annullament parzjali tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631), u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-dannu mġarrab mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tal-imsemmija direttiva.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Arcelor SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Parlament u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU 71, 20.3.2004.