Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Marzu 2021 – Maria Alvarez y Bejarano et vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew

(Kawżi Magħquda C-517/19 P u C-518/19 P) 1

(Appell – Servizz pubbliku – Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea – Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal – Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 – Dispożizzjonijiet ġodda dwar ir-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali u tal-leave għal raġuni ta’ distanza – Rabta mal-istatus ta’ deportat jew ta’ espatrijat – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità – Intensità tal-istħarriġ ġudizzjarju)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Bejarano, María Álvarez y Bejarano, Ana-Maria Enescu, Lucian Micu, Angelica Livia Salanta, Svetla Shulga, Soldimar Urena de Poznanski, Angela Vakalis, Luz Anamaria Chu, Marli Bertolete, María Castro Capcha, Hassan Orfe El, Evelyne Vandevoorde (C-517/19 P), Jakov Ardalic, Liliana Bicanova, Monica Brunetto, Claudia Istoc, Sylvie Jamet, Despina Kanellou, Christian Stouraitis, Abdelhamid Azbair, Abdel Bouzanih, Bob Kitenge Ya Musenga, El Miloud Sadiki, Cam Tran Thi (C-518/19 P) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (C-517/19 P) (rappreżentanti: G. Gattinara u B. Mongin, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-518/19 P) (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti), Il-Parlament Ewropew (C‑517/19 u C‑518/19) (rappreżentanti: C. González Argüelles u E. Taneva, aġenti)

Dispożittiv

L-appelli fil-Kawżi C-517/19 P u C-518/19 P huma miċħuda.

Maria Alvarez y Bejarano, Ana- Maria Enescu, Angelica Livia Salanta, Svetla Shulga, Soldimar Urena de Poznanski, Angela Vakalis, Luz Anamaria Chu, Marli Bertolete, Maria Castro Capcha u Evelyne Vandevoorde kif ukoll Lucian Micu u Hassan Orfe El għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea, fir-rigward tal-appell fil-Kawża C-517/19 P.

Jakov Ardalic, Christian Stouraitis, Abdelhamid Azbair, Abdel Bouzanih, Bob Kitenge Ya Musenga, El Miloud Sadiki u Cam Tran Thi kif ukoll Liliana Bicanova, Monica Brunetto, Claudia Istoc, Sylvie Jamet u Despina Kanellou għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-appell fil-Kawża C-518/19 P.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess fir-rigward tal-appell fil-Kawża C-517/19 P.

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess fir-rigward tal-appell fil-Kawżi C-517/19 P u C-518/19 P.

____________

1     ĠU C 357, 21.10.2019.