Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Unichem Laboratories vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-705/14) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi – Ġurisdizzjoni territorjali tal-Kummissjoni – Imputazzjoni tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Proċedura amministrattiva – Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti – Kompetizzjoni potenzjali – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Neċessità oġġettiva tar-restrizzjoni – Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi – Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-Artikolu 101(3) TFUE – Multi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Unichem Laboratories Ltd (Mumbai, l-Indja) (rappreżentanti: S. Mobley, K. Shaw, K. Cousins, M. Healy, H. Sheraton u E. Batchelor, sollicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castilla Contreras, T. Vecchi u B. Mongin, sussegwentement F. Castilla Contreras, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn S. Kingston, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta kontriha permeżż tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Unichem Laboratories Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 448, 15.12.2014.