Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2014 – Fundação Calouste Gulbenkian vs UASI - Gulbenkian (GULBENKIAN)

(Kawża T-541/11)1

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GULBENKIAN – Trade mark nazzjonali magħrufa, isem kummerċjali u logos nazzjonali preċedenti Fundação Calouste Gulbenkian – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Prova tal-eżistenza ta’ drittijiet preċedenti – Artikolu 8(1)(b) u (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 90(a) tar-Regoli tal-Proċedura”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fundação Calouste Gulbenkian (Liżbona, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, P. López Ronda u G. Macias Bonilla, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Micael Gulbenkian (Oeiras, il-Portugall) (rappreżentanti: J. Pimenta u A. Sebastião, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1436/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Fundação Calouste Gulbenkian u Micael Gulbenkian.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Il-Fundação Calouste Gulbenkian hija kkundannata għall-ispejjeż.Micael Gulbenkian huwa kkundannat jirrimborsa lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 1 807.48, skont l-Artikolu 90(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

____________

____________

1     ĠU C 362

, 10.12.