Language of document : ECLI:EU:T:2014:154





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Marzu 2014 – Deutsche Bank vs UASI (Leistung aus Leidenschaft)

(Kawża T‑539/11)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Leistung aus Leidenschaft – Trade mark li hija kkostitwita minn slogan ta’ reklamar– Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ugwaljanza fit-trattament – Obbligu ta’ motivazzjoni – Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”

1.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 13)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Eżami separat tar-raġunijiet ta’ rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1) u 75) (ara l-punti 14, 15)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar – Formula promozzjonali ta’ natura li tfaħħar (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 29)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv tas-sinjal – Trade mark komposta minn diversi elementi – Possibbiltà għall-awtorità kompetenti li twettaq eżami ta’ kull wieħed mill-elementi kostituttivi tat-trade mark – Neċessità li tittieħed inkunsiderazzjoni l-perċezzjoni globali tal-kombinazzjoni mill-pubbliku rilevanti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 36)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark verbali Leistung aus Leidenschaft (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 41-47)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Evalwazzjoni tal-karattru reġistrabbli ta’ sinjal – Teħid inkunsiderazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja biss – Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri jew pajjiżi terzi – Deċiżjonijiet li ma jorbtux lill-istituzzjonijiet Komunitarji (ara l-punti 53)

7.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punti 61-63)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Awwissu 2011 (Każ R 188/2011-4), li tirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Leistung aus Leidenschaft bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche Bank AG hija kkundannata għall-ispejjeż