Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ April 2014 – Colart et vs Il-Parlament

(Kawża F-87/13) 1

(Servizz pubbliku – Rappreżentanza tal-persunal – Ftehim qafas bejn il-Parlament u l-organizzazzjonijiet sindakali jew professjonali tal-istituzzjoni – Kumitat eżekuttiv ta’ sindakat – Kontestazzjoni interna fis-sindakat dwar il-leġittimità u l-identità tal-persuni li jiffurmaw il-kumitat eżekuttiv – Drittijiet ta’ aċċess għall-mailbox mqiegħda għad-dispożizzjoni ta’ sindakat mill-istituzzjoni – Rifjut tal-istituzzjoni li tistabbilixxi mill-ġdid xi drittijiet u/jew li tneħħi kull dritt ta’ aċċess għall-mailbox – Locus standi – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Philippe Colart et (Bastogne, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau u M. Ecker, aġenti)Suġġett tal-kawżaTalba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-distribuzzjoni l-ġdida tad-drittijiet ta’ aċċess għall-mailbox tas-sindakat SAFE.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.Colart, Bras, Corthout, Decoutere, Dony, Garzone, Kemmerling-Linssen, kif ukoll Manzella u Vienne għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.