Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Mejju 2009 - Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-189/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Balta u B. Schöfer, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Marzu 2006, dwar iż-żamma ta' data ġenerata jew proċessata b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjoni elettronika jew ta' networks ta' komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE 1 billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għat-traspożizzjoni ta' din id-direttiva jew billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-15 ta' Settembru 2007. Fil-mument meta ġie ppreżentat dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx il-miżuri meħtieġa għat-traspożizzjoni tad-Direttiva jew, f'kull każ, kienet għadha ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni.

____________

1 - ĠU L 105, p. 54.