Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tad-29 ta' Lulju 2010 - Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-189/09) 1

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/24/KE - Protezzjoni tal-ħajja privata - Żamma ta' data ġġenerata jew ipproċessata fil-kuntest tal-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Balta u B. Schöfer, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: E. Riedl, aġent)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Marzu 2006, dwar iż-żamma ta' data ġenerata jew proċessata b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjoni elettronika jew ta' networks ta' komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54)

Dispożittiv

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad- Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Marzu 2006, dwar iż-żamma ta' data ġenerata jew proċessata b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjoni elettronika jew ta' networks ta' komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 180, 01.08.2009.