Language of document : ECLI:EU:T:2011:705





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Novembru 2011 – Sniace vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-238/09)

“Għajnuna mill-Istat – Ftehim dwar ir-ristrutturazzjoni ta’ djun – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Proċedura - Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża - Kundizzjonijiet - Motiv ġdid - Kunċett (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punti 31-35, 87)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Portata - Evalwazzjoni tal-kriterju tal-aġir tal-kreditur privat (Artikoli 87(1) KE u 253 KE) (ara l-punti 37, 38, 54, 67)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Portata - Karatterizzazzjoni tal-effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u tal-effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri (Artikoli 87(1) KE u 253 KE) (ara l-punti 76, 77, 81)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/612/KE, tal-10 ta’ Marzu 2009, dwar il-miżura C 5/2000 (ex NN 118/97) implimentata minn Spanja b’vantaġġ għal SNIACE SA, li tinsab f’Torrelavega, Cantabria, u li temenda d-Deċiżjoni 1999/395/KE (ĠU L 210, p. 4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sniace, SA hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.