Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Lulju 2009 - Sniace vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-238/09 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddijara għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sniace, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F.J. Moncholi Fernández, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: C. Urraca Caviedes, aġent)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 1479 finali, tal-10 ta' Marzu 2009, dwar il-Miżura C 5/2000 (ex NN 118/1997) implementata minn Spanja favur l-impriża Sniace, SA, Torrelavega, Cantabria, u li temenda d-Deċiżjoni 1999/395/KE, tat-28 ta' Ottubru 1998.

Dispożittiv

It-talba għal proċeduri għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________