Language of document : ECLI:EU:T:2009:271





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-13 ta’ Lulju 2009 – Sniace vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑238/09 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Ksur tar-rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 15)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2) u (3)) (ara l-punti 16, 17, 21)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli li jista’ jseħħ b’mod imminenti - Kunċett - Oneru tal-prova (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 24, 25)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat - Miżuri nazzjonali ta’ eżekuzzjoni - Rimedji nazzjonali - Effett (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 27)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat (Artikoli 88(2) KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2); Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 7) (ara l-punti 30, 31)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 1479 finali, tal-10 ta’ Marzu 2009, dwar il-Miżura C 5/2000 (ex NN 118/1997) implementata minn Spanja favur l-impriża Sniace, SA, Torrelavega, Cantabria, u li temenda d-Deċiżjoni 1999/395/KE, tat-28 ta’ Ottubru 1998.


Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.