Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-268/13) 1

(“Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu –Pagamenti ta’ penalità – Deċiżjoni ta’ kalkolu tal-pagament ta’ penalità – Obbligu tal-irkupru – Impriżi li huma s-suġġett ta’ proċeduri ta’ falliment – Suġġett tal-proċeduri ta’ falliment inkwistjoni – Diliġenza neċessarja – Oneru tal-prova”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, G. Conte u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1264 finali, tas-7 ta’ Marzu 2013, li tordna lir-Repubblika Taljana li tħallas fuq il-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea” is-somma ta’ EUR 16 533 000 bħala pagament ta’ penalità.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.