Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2024 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-390/20) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Finanzjament pubbliku tal-konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq fl-Istrett ta’ Fehmarn – Għajnuna mogħtija mid-Danimarka lil Femern – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Għajnuna individwali – Proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni – Neċessità tal-għajnuna – Proporzjonalità – Ibbilanċjar tal-effetti benefiċi tal-għajnuna mal-effetti negattivi tagħha fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u fuq iż-żamma ta’ kompetizzjoni mhux distorta – Komunikazzjoni dwar il-kriterji relatati mal-analiżi tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat maħsuba biex tippromwovi t-twettiq ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scandlines Danmark ApS (Kopenħagen, id-Danimarka), Scandlines Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: S. Noë, aġent)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: European Community Shipowners’ Associations (ECSA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Sandberg-Mørch u M. Honoré, avukati), Danish Ferry Association (Kopenħagen) (rappreżentanti: L. Sandberg-Mørch u M. Honoré, avukati), Naturschutzbund Deutschland eV (NABU) (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Hohmuth u R. Weyland, avukati), Verband Deutscher Reeder eV (Hamburg) (rappreżentanti: L. Sandberg-Mørch u M. Honoré, avukati), Aktionsbündnis gegen eine feste Fehmarnbeltquerung eV (Fehmarn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Sandberg-Mørch u W. Mecklenburg, avukati), Föreningen Svensk Sjöfart (FSS) (Gothenburg, l-Isvezja) (rappreżentanti: L. Sandberg-Mørch u M. Honoré, avukat), Rederi AB Nordö-Link (Malmö, l-Isvezja) (rappreżentanti: L. Sandberg-Mørch u P. Werner, avukati), Trelleborg Hamn AB (Trelleborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: L. Sandberg-Mørch u I. Ioannidis, avukati)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-kovenut: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: M. Søndahl Wolff, aġent, assistita minn R. Holdgaard, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020 1683 final tal-20 ta’ Marzu 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39078 – 2019/C (ex 2014/N) li implimentat id-Danimarka għal Femern A/S (ĠU 2020, L 339, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Scandlines Danmark ApS u Scandlines Deutschland GmbH għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Renju tad-Danimarka, European Community Shipowners’ Associations (ECSA), Danish Ferry Association, Naturschutzbund Deutschland eV (NABU), Verband Deutscher Reeder eV, Aktionsbündnis gegen eine feste Fehmarnbeltquerung eV, Föreningen Svensk Sjöfart (FSS), Rederi AB Nordö-Link u Trelleborg Hamn AB għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1     ĠU C 279, 24.8.2020.