Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2024 – Drinks Prod vs EUIPO – Wolff u Illg (IGISAN)

(Kawża T-164/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea IGISAN –Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea IGNISAN – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Drinks Prod SRL (Păntășești, ir-Rumanija) (rappreżentanti: I. Speciac, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Stoycheva u D. Gája, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Siegfried Wolff (Berlin, il-Ġermanja), Matthias Illg (Berlin) (rappreżentant: R. Kunz-Hallstein, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti qiegħda titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Jannar 2023 (Każ R 982/2022-2).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Drinks Prod SRL hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess u dawk sostnuti minn Siegfried Wolff u Matthias Illg.

____________

1     ĠU C 179, 22.5.2023.