Language of document : ECLI:EU:F:2010:35

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU (It-Tielet Awla)

4 ta’ Mejju 2010

Kawża F-100/08

Alessandro Petrilli

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Kunċett ta’ residenza — Residenza prinċipali — Dokumenti ta’ sostenn”

Suġġett: Rikors, ippreżentat taħt l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu, A. Petrilli jitlob, b’mod partikolari, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tas-16 ta’ Settembru 2008, li tiċħad l-ilment tiegħu ppreżentat fuq il-bażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kontra d-deċiżjoni tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u likwidazzjoni tad-drittijiet individwali”, tat-18 ta’ April 2008, li tiċħad li tiffissa l-Italja bħala r-residenza prinċipali tiegħu, u li tapplika fuq il-pensjoni tiegħu l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għall-Italja.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud. Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.

Sommarju

Uffiċjali — Pensjonijiet — Koeffiċjent ta’ korrezzjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 82)

Il-kunċett ta’ residenza, fis-sens tal-Artikolu 82 tar-Regolamenti tal-Persunal, fil-verżjoni tagħhom fis-seħħ sat-30 ta’ April 2004, jipprovdi l-applikazzjoni fuq il-pensjonijiet tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni stabbilit għall-pajjiż fejn min għandu dritt għall-pensjoni jagħti prova li jkun stabbilixxa r-residenza tiegħu u jirreferi għall-post fejn l-ex uffiċjal effettivament stabbilixxa l-interess tiegħu kollha, jiġifieri, il-post fejn il-parti interessata stabbilixxiet, bl-intenzjoni li dan ikollu natura stabbli, iċ-ċentru permanenti jew abitwali tal-interessi tiegħu, u fejn huwa meqjus li ser ikollu l-ispejjeż. Barra minn hekk, il-kunċett ta’ residenza jimplika, indipendentement mill-informazzjoni purament kwantitattiva taż-żmien imqatta’ minn persuna fuq it-territorju ta’ pajjiż jew ieħor, barra mill-fatt li hija tgħix fiżikament f’post, l-intenzjoni li dan il-fatt jingħata kontinwità li tirriżulta minn abitudni tal-ħajja u l-iżvilupp ta’ rapporti soċjali normali. Dan il-kunċett ta’ residenza jappartjeni għas-servizz pubbliku Komunitarju u ma jikkoinċidix neċessarjament mat-tifsiriet nazzjonali ta’ dan it-terminu.

(ara l-punt 32)

Referenza: Il-Qorti Ġenerali: 4 ta’ Ġunju 2003, Del Vaglio vs Il‑Kummissjoni, T‑124/01 u T‑320/01, ĠabraSP p. I‑A‑157 u II‑767, punt 70, u l-ġurisprudenza ċċitata, u l-punti 71 u 72; 12 ta’ Settembru 2005, Dionyssopoulou vs Il‑Kunsill, T‑320/04, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 39; 27 ta’ Settembru 2006, Kontouli vs Il‑Kunsill, T‑416/04, ĠabraSP p. I‑A‑2‑181 u II‑A‑2‑897, punt 71; It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 8 ta’ April 2008, Bordini vs Il‑Kummissjoni, F‑134/06, ĠabraSP p. I‑A‑1‑87 u II‑A‑1‑435