Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Curtea de Apel Iaşi – ir-Rumanija) – Elite Games SRL vs Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Vaslui, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Iaşi

(Kawża C-576/23, Elite Games) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Risposta li tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza – Fiskalità – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 98 – Il-punt 7 tal-Annes III – Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata ta’ VAT imnaqqsa għal ċerti kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi – Dħul għal parks tad-divertiment – Kunċett ta’ “parks tad-divertiment”)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Iaşi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elite Games SRL

Konvenuti: Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Vaslui, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Iaşi

Dispożittiv

L-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-punt 7 tal-Anness III ta’ din id-direttiva,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-installazzjoni, f’żona demarkata fi spazji kummerċjali jew f’ċentri kummerċjali, ta’ magni tad-divertiment għal użu individwali jew kollettiv u li joperaw bl-użu ta’ tokens mixtrija mingħand id-detentur tagħhom jew, jekk ikun il-każ, wara li jitħallas id-dħul għaliha, ma taqax taħt il-kunċett ta’ “parks tad-divertiment”, fis-sens ta’ dan il-punt 7. Għaldaqstant, is-servizzi li jagħtu aċċess għalihom ma jistgħux jibbenefikaw mir-rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li japplikaw għad-dħul fil-parks tad-divertiment.

____________

1     Data tal-preżentata: 18.9.2023.