Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fit-22 ta’ April 2021 – Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia vs Koninklijke Philips N.V.

(Kawża C-264/21)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia

Konvenut: Koninklijke Philips N.V.

Domandi preliminari

Il-kunċett ta’ produttur fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 1999/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 Mejju 1999 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi 1 jirrikjedi li persuna li tqiegħed isimha, il-marka tan-negozju tagħha jew fattur distintiv ieħor fuq il-prodott, jew li awtorizzat dan it-tqegħid, tippreżenta lilha nnifisha ukoll bħala l-produttur tal-prodott b’xi mod ieħor?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, fid-dawl ta’ liema kriterji għandu jiġi evalwat il-fatt li persuna tippreżenta lilha nnifisha bħala l-produttur tal-prodott? Huwa rilevanti għal din l-evalwazzjoni li l-prodott kien immanifatturat minn sussidjarja tal-proprjetarju tat-trade mark u ddistribwit minn sussidjarja oħra?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 147.