Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2023 – Vinokurov vs Il-Kunsill
(Kawża T-1106/23)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Alexander Semenovich Vinokurov (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: É. Épron, J.-F. Quievy u C. Gimbert, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli u fondat;
tiddikjara inapplikabbli, minħabba illegalità, għar-rikorrent id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1094 tal-5 ta’ Ġunju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna ;
tiddikjara inapplikabbli, minħabba illegalità, għar-rikorrent ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1098 tal-5 ta’ Ġunju 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem ;
tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1767 tat-13 ta’ Settembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrent;
tannulla parzjalment ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1765 tat-13 ta’ Settembru 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrent,
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha,
tirriżerva lir-rikorrent kwalunkwe drittijiet, ammonti dovuti, motivi u azzjonijiet oħra.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità.
It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.
____________