Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottuburu 2021 – Paraskevaidis vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-698/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Georgios Paraskevaidis (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Pappas u D.-A. Pappa, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Frar 2021 u l-ħlas bin-nifs tad-9 ta’ Marzu 2021 kif ukoll id-deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2021, li permezz tagħha l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni kien ġie miċħud, sa fejn tinkludi motivi addizzjonali; u

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li d-deċiżjonijiet ikkontestati kisru l-prinċipju ta’ legalità. Qed jiġi invokat ukoll li l-Konklużjoni Riveduta Nru 237/05 1 ma kinitx applikabbli għall-perijodu li fih ir-rikorrent talab l-allowance tal-edukazzjoni.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Konklużjoni Riveduta Nru 237/05 kienet applikata retroattivament b’mod illegali.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-Konklużjoni Riveduta Nru 237/05 kienet adottata mill-Kapijiet tal-Amministrazzjoni meta dan imur lil hinn mir-responsabbiltà tagħhom.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-Konklużjoni Riveduta tikser l-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal

____________

1     Konklużjoni Riveduta Nru 237/05 dwar l-allowance tal-edukazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal approvata mill-Kapijiet tal-Amministrazzjoni fil-248 laqgħa tagħhom fl-1 ta’ Lulju 2020.