Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (l-Awstrija) fis-16 ta’ Frar 2024 – Umweltorganisation VIRUS – Verein Projektwerkstatt für Umwelt und Soziales et vs Amt der Niederösterreichischen Landesregierung, Abteilung Landesstraßenplanung – ST3

(Kawża C-131/24, VIRUS et)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Umweltorganisation VIRUS – Verein Projektwerkstatt für Umwelt und Soziales, Bürgerinitiative „Nein zur Spange Wörth“, A.H. et, Umweltorganisation Verein Lebenswertes Traisental, Umweltorganisation FG LANIUS – Forschungsgemeinschaft für regionale Faunistik und angewandten Naturschutz

Konvenut: Amt der Niederösterreichischen Landesregierung, Abteilung Landesstraßenplanung – ST3

Awtorità kkonċernata: Amt der Niederösterreichischen Landesregierung, Gruppe Wirtschaft, Sport und Tourismus, Abteilung Anlagenrecht – WST1

Parteċipanti oħra: Autobahnen- und Schnellstraßen-Finanzierungs-Aktiengesellschaft (ASFINAG), Stadt St. Pölten, Marktgemeinde Ober-Grafendorf

Domandi preliminari

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2000 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkunx hemm każ ta’ tfixkil intenzjonat fis-sens tad-dispożizzjoni (d) ta’ dan l-artikolu, meta huwa ċertament possibbli li jseħħ tfixkil ta’ kampjuni iżolati ta’ ċerti speċi, iżda jiġu implimentati miżuri fil-ħin u b’mod xieraq u effettiv li jippermettu l-prevenzjoni ta’ kull effett fir-rigward tal-għanijiet tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva?

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: sabiex jiġi eskluż f’dan is-sens kwalunkwe dubju xjentifiku fir-rigward tal-effikaċja tal-miżuri, l-evalwazzjoni debitament motivata, ta’ espert ġudizzjarju, hija biżżejjed jew bil-kontra, għandha tinkludi dokumentazzjoni xjentifika oġġettiva li tiċċertifika esperjenzi prattiċi pożittivi dwar dawn il-miżuri?

____________

1     ĠU 2010, L 20, p. 7.