Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-347/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls, J. Hottiaux u T. Maxian Rusche, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

tikkonstata li, billi naqset milli tobbliga lill-Ferroviji Federali Awstrijaċi (trasport ta’ passiġġieri) milli jippubblikaw il-ħlas ta’ kumpens għal servizz pubbliku kif ukoll l-ispejjeż u d-dħul għal kull kuntratt ta’ servizz pubbliku, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2012/34/UE 1 kif ukoll l-Artikolu 6(1) moqri mal-punt 5 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 2 ;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-konvenuta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2012/34/UE kif ukoll taħt ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007.

Il-konvenuta ma żguratx ruħha, li l-fatturi li jikkorrispondu ma’ fondi pubbliċi għall-provvista ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport ta’ passiġġieri jiġu stabbiliti b’mod distint u separatament skont kull kuntratt u li l-ispejjeż u d-dħul jiġu ddikjarati u magħmula pubbliċi separatament. Għalhekk il-konvenuta tikser ir-regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni dwar il-qasam tat-trasport ferrovjarju.

____________

1 Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (riformulazzjoni) (ĠU L 343, p. 32). Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, p. 1).