Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Awwissu 2011 - Giga-Byte Technology Ltd vs UASI

(Kawża T-451/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giga-Byte Technology Co., Ltd (Tajpei, it-Tajwan) (rappreżentant: F. Schwebrock, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Robert A. Haskins (Pennsylvania, l-Istati Uniti)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fl-20 ta' Mejju 2011 fil-Każ R 2047/2010-2, kif ukoll dik tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja:ir-rikorrrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Gigabyte" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 37 u 42 (applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 5550009)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja verbali "GIGABITER" Nru 4954095 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 39, 40 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għas-servizzi kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b'mod żbaljat li s-servizzi kkontestati fil-klassijiet 37 u 42 jixxiebhu ma' dawk tal-avversarju fil-klassi 42.

____________