Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Awwissu 2011 - Luna International vs UASI - Asteris (Al bustan)

(Kawża T-454/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Luna International Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Asteris Industrial and Commercial Company SA (Ateni, il-Greċja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta' Mejju 2011 fil-Każ R 1358/2008-2;

tordna li l-konvenut u l-parti l-oħra fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u jħallsu dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : it-trade mark figurattiva "Al Bustan", għal prodotti fil-klassijiet 29, 30, 31 u 32 - Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3540846

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità bbażat it-talba tagħha skont l-Artikoli 51(1)(b) u 52(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, u bbażat it-talba tagħha fuq ir-reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark Griega Nru 137497 tat-trade mark figurattiva "AL BUSTAN", għal prodotti fil-klassi 29

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: it-trade mark Komunitarja ddikjarata invalida fir-rigward ta' parti mill-prodotti kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 53(1), 57(2) u 57(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell, b'mod żbaljat, ikkonkluda li l-proprjetarju tat-trade mark nazzjonali preċedenti kien ipproduċa l-prova li matul il-ħames snin ta' qabel id-data tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità, kien sar użu ġenwin mit-trade mark preċedenti fl-Istat Membru li fih kienet irreġistrata b'konnessjoni mal-prodotti li għalihom ġiet irreġistrata jew li kien hemm raġunijiet validi għan-nuqqas ta' użu. Barra minn hekk il-Bord tal-Appell ġibed konklużjonijiet mhux permessi minn materjal ta'valur probatorju baxx (jew ta' ebda valur probatorju).

____________