Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Jannar 2013 - Gigabyte Technology vs UASI - Haskins (Gigabyte)

(Kawża T-451/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Gigabyte - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti GIGABITER - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gigabyte Technology Co., Ltd (Tajpei, Tajwan) (rappreżentant: F. Schwerbrock, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Robert A. Haskins (Quakertown, Pennsylvania, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta' Mejju 2011 (Każ R 2047/2010-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Robert A. Haskins u Gigabyte Technology Co., Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Gigabyte Technology Co., Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 298, 08.10.2011.