Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 taʼ April 2013 – Luna vs UASI – Asteris (Al bustan)

(Kawża T-454/11) 1

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva Al bustan – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti ALBUSTAN – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Luna International Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Asteris Industrial and Commercial Company SA (Ateni, il-Greċja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 taʼ Mejju 2011 (Każ R 1358/2008-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Asteris Industrial and Commercial Company SA u Luna International Ltd.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Luna International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.